Regolamenti
Calleja & Associates hija gabra ta' esperti, legali u finanzjarji u ohrajn, li huma speccjalizzati biex jittrattaw ma persuni, izda wkoll ma intraprizi fin-negozju, li jinhtigilhom pariri konreti u prattici fil-qasam tal-ligi Civili jew Kummercjali. Biex inkunu nistghu, ghalhekk, naqdu ahjar il-bzonnijiet kollha tal-klijenti taghna, Calleja & Associates issiehbet ma numru ta' professjonisti f'oqsma u dixxiplini differenti, fosthom periti, nutara, accountants u konsulenti manigerjali, li kollha kemm huma, huma diretti li jipprovdu xoghol ta' l-aktar livell oghli.
Dejjem nistinkaw sabiex, kemm jista jkun, nipprovdu gwida legali oggettiva, imsejsa fuq taghrif qawwi tas-sitwazzjoni legali u r-regoli tal-kummerc. Kemm il-darba ghadna linji generali biex naghtu l-ahjar avviz legali, mill-esperjenza taghna sibna li huwa essenzjali li naghtu servizz personalizzat kemm jista' jkun. Wiehed ma ghandux jinjora l-importanza ta' dan kollu. B'dan it-tir f'mohhna, allura, noffru assistenza legali f'dawk l'oqsma legali l-aktar popolari bhalma huma copyright u proprjeta` intellettwali, kompetizzjoni, kumpanijii, proprjeta`, bini, difiza u rapprezentanza f'kawzi quddiem il-Qrati, ligi industrijali, kuntratti ta' negozju, bejgh u xiri, servizzi finanzjarji, taxxa u ligi tal-Familja.
Fl-ahhar mill-ahhar, l-ghan principali taghna huwa li nispiraw fiducja bil-professjonalismu li nuru fix-xoghol taghna, sabiex ingibu rizultati ghal klijenti taghna u success akbar fl-operat u l-hajja taghhom