L-Aħbarijiet

Lorem ipsum, dolor sit amet
December 04, 2008
Author: David Smith
» Read more...

Lorem ipsum, dolor sit amet
December 04, 2008
Author: David Smith
» Read more...

Lorem ipsum, dolor sit amet
December 04, 2008
Author: David Smith
» Read more...

L-uffiċju ta’ Calleja & Associates twaqqfet fis-sena 2000 mill-Avukat Etienne A. Calleja, ditta legali speċjalizzata fil-liġi Civili u Kummercjali. Min dak in-nhar lill-hawn, wessajna il-portafol ta’ servizzi tagħna billi ingaġġajna numru ta’ speċjalisti f’oqsma differenti bħal accountancy, Ligi tat-Taxxa u tal-Kumpanjii, Gvern, tfassil ta’ Konvenji u Kuntratti ta’ bejgħ u akkwist ta’ proprjeta`, kiri ta’ xoghol u self, Ligital-Familja ghal separazjoni personali u annullamenti, kollha diretti biex jaghtu servizz ta’ parir u gwida fil-kawżi fil-Qrati tal-Ġustizzja, medjazzjoni, arbitraġġ u amministrazzjoni kummerċjali lill-persuni u kif ukoll lill-kumpanijii. L’uffiċji tagħna jinsabu fil-qalba tal-ikbar ċentru kummerċjali ta’ pajjizna, il-Belt Valletta, ftit il-bogħod mill-bini tal-Qrati.

Calleja & Associates hija ditta legali serja u moderna, fejn in-nies tagħna huma ddedikati li jipprovdu servizz personali, fejn inti tista tingħata l-aktar pariri siewja f’dak li għandu x’jaqsam sija l-ligi ta’ pajjiżna kif ukoll fid-dritt Ewropew, dan kollu fl-isfond ta’ snin ta’ esperjenza. Fil-qosor, noffru firxa wiesgħa ta’ servizzi adattati għalik jew ghall-intrapriza tiegħek, u peress li naħdmu fil-viċin mal-klijenti tagħna u fuq bażi personali, Calleja & Associates, huma b’hekk f’pożizzjoni ahjar sabiex jilqgħu l-isfidi legali l-aktar diffiċli u jġibu rizultati bl-akbar efficjenza.

Mhux ta’ b’xejn l’ingawdu minn reputazzjoni tajba mal-klijenti tagħna u dan zgur waħda mir-raġunijiet ewlenin ghal dan huwa li noperaw f’oqsma differenti tal-liġi li għandhom kollha x’jaqsmu ma’ xulxin. B’hekk il-klijent jiġi moqdi mill-bżonnijiet legali kollha tiegħu taħt saqaf wieħed. Nibqgħu dejjem kburin bil-ħila tagħna li nindirizzaw nies u rizorsi b’kapacitajiet u għarfien differenti għal għanijiet aħħarin tal-klijenti tagħna.